B’xorti ħażina hemm ħafna inqas evidenza dwar l-effett tad-dieta fuq il-progress tal-kanċer milli fuq l-effett tagħha fuq il-probabbiltà li tiżviluppa l-kanċer qabel kollox. U dan jista’ jiddependi minn x’tip ta’ kanċer għandek.

Għal nies li ngħataw dijanjożi li għandhom kanċer tas-sider, hemm evidenza sostanzjali li li jkollok piż tajjeb għas-saħħa u li tkun fiżikament attiv jistgħu jtejbulek il-kwalità tal-ħajja, u huma marbutin ma’ sopravvivenza itwal.

Ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex isiru rakkomandazzjonijiet sodi għal kanċers oħrajn, u lanqas ma jista’ jingħad li tip partikolari ta’ ikel jew dieta jgħin, iżda ħafna mill-awtoritajiet jirrakkomandaw li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet ġenerali għall-prevenzjoni tal-kanċer f’nies li diġà ngħataw dijanjożi li għandhom il-kanċer (sakemm ma jkunx hemm raġuni medika jew oħra għaliex m’għandhomx jagħmlu dan). U ftakar, tieħu ebda suppliment bla ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek – intwera li wħud minnhom ixekklu t-trattamenti tal-kanċer.