Peress li ħafna mill-ikel fih tal-inqas ftit xaħam u zokkor, bħala gwida, ikel b’ħafna xaħam ikun fih iktar minn madwar 20 gramma xaħam, u ikel b’ħafna zokkor ikun fih iktar minn madwar 15-il gramma zokkor, f’kull 100 gramma ikel. Ħafna mill-ikel ipproċessat ħafna u ppakkjat jagħtik din l-informazzjoni fuq it-tikketta. Din l-informazzjoni tista’ tintuża wkoll biex jiġi verifikat il-kontenut ta’ xaħam saturat tal-ikel (ikel mimli xaħam saturat ikun fih iktar minn 5 grammi xaħam saturat għal kull 100 gramma ikel).
Iktar ma l-ikel ikun fih xaħam u zokkor, iktar ikun fih kaloriji – u iktar ma jkun fih kaloriji f’piż partikolari ta’ ikel (ikel dens fl-enerġija), iktar jista’ jkun faċli għalik li tiekol wisq minnu. Bħala gwida, ikel b’ħafna kaloriji jkun fih iktar minn madwar 225–275 kalorija f’100 gramma ikel.