12-IL MOD BIEX TNAQQAS IR-RISKJU LI JAQBDEK IL-KANĊER

Esponiment għax-Xemx/UV

icon-tobacco Evita l-espożizzjoni żejda għax-xemx, speċjalment għat-tfal. Uża protezzjoni għal kontra x-xemx. Tużax’sunbeds’.

Ir-radjazzjoni mix-xemx fiha d-dawl li bih naraw u r-radjazzjoni infraħamra li nħossu bħala sħana, kif ukoll ir-radjazzjoni ultravjola (UV)li hija inviżibbli. Ir-radjazzjoni solari ottika hija essenzjali għad-Dinja (eż. għall-fotosinteżi) u l-bnedmin.

Ir-radjazzjoni UV b’tul ta’ mewġa qasira ħafna (UVC) hija kompletament assorbita mis-saff tal-ożonu fl-atmosfera superjuri iżda parti mir-radjazzjoni UV b’tul ta’ mewġa qasira (UVB) u r-radjazzjoni UV b’tul ta’ mewġa twila (UVA) tilħaq is-superfiċje tad-Dinja. Il-UVB hija neċessarja għas-sinteżi tal-Vitamina D fil-ġilda tal-bniedem, madankollu, il-UVB kif ukoll il-UVA jikkaġunaw ħsara lill-ġilda li, fit-tul, tista’ twassal għal kanċers tal-ġilda.