Mhux eżatt – id-dieta tajba għas-saħħa li tgħin tipproteġi kontra l-kanċer hija simili għal dik li hija rakkomandata biex tgħin tnaqqas ir-riskju ta’ mard kroniku ieħor bħad-dijabete u l-mard tal-qalb. L-unika differenza speċifika hija li għat-tnaqqis tar-riskju tal-kanċer tal-musrana, huwa rakkomandat li tevita laħam ipproċessat u tillimita l-konsum ta’ laħam aħmar. Xi studji sabu wkoll rabta bejn dawn il-fatturi u l-mard tal-qalb iżda l-evidenza mhijiex b’saħħitha daqs tal-kanċer tal-musrana. B’hekk, id-dieta rakkomandata hawn fuq mhijiex tajba biss biex tnaqqas ir-riskju tal-kanċer iżda anki r-riskju ta’ mard ieħor. Ma hemmx evidenza b’saħħitha li, waħdu, ikel partikolari (kultant imsejjaħ b’mod qarrieqi “superfoods”) jista’ jgħinek tnaqqas ir-riskju tal-kanċer jew ta’ mard kroniku ieħor.
- X’inhi dieta tajba għas-saħħa?
- Hemm dieta speċifika għal kontra l-kanċer?
- X’ikel u nutrijenti jaffettwaw ir-riskju tal-kanċer?
- Importanti li tvarja l-ikel mill-pjanti, u xi tfisser “varjetà”?
- X’jiġifieri “ħafna” ikel mill-pjanti?
- X’jiġifieri “tal-qamħa sħiħa” (“wholegrain”)?
- U xi ngħidu għal żjut, ġewż u żerrigħat?
- X’jiġifieri “laħam aħmar” u “laħam ipproċessat”?
- X’jiġifieri “xarbiet zokkrin”?
- X’jiġifieri “ikel xaħmi u zokkri”?
- Xi ngħidu dwar “fast foods”?
- Xi ngħidu dwar ikel fil-laned, imnixxef u ffriżat?
- Kif nista’ nnaqqas il-melħ li niekol? Liema ikel fih ħafna melħ?
- Kif nista’ nnaqqas il-kaloriji li nieħu biex ikolli piż tajjeb għas-saħħa?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Ingħatajt dijanjożi li għandi l-kanċer. Ser nibbenefika jekk naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Jekk nieħu s-supplimenti djetetiċi nnaqqas ir-riskju tal-kanċer?