12-IL MOD BIEX TNAQQAS IR-RISKJU LI JAQBDEK IL-KANĊER

Terapija ormonali

icon-womenIt-terapiji b’sostituti ormonali (HRT) jżidu r-riskju ta’ ċerti tipi ta’ kanċer. Illimita l-użu tal-HRT.

Il-mediċini farmaċewtiċi huma sustanzi kimiċi żviluppati u applikati fil-mediċina u d-dentistrija minħabba li jistgħu jikkuraw, jipprevjenu jew itaffu l-mard. Il-mediċini jista’ jkollhom effetti sekondarji minbarra l-effetti fil-mira tagħhom. L-effetti sekondarji jistgħu jinvolvu żieda fir-riskju tal-kanċer jew tnaqqis fir-riskju tal-kanċer.

It-terapija ormonali sostituttiva bl-ormoni femminili hija trattament mediku użat l-iktar sabiex itaffi s-sintomi tal-menopawża fin-nisa.

Mediċini farmaċewtiċi oħrajn, uħud minnhom mediċini ormonali, jistgħu jżidu r-riskju tal-kanċer għan-nisa biss (eż. kontraċettivi orali) jew għan-nisa u l-irġiel: