Ġie stmat li r-riskju tal-kanċer huwa madwar 11% inqas f’nies li fil-parti l-kbira jieklu ikel mill-pjanti (ħxejjex, żrieragħ bl-imżiewed, ċereali mhux ipproċessati u qmuħ) meta mqabblin ma’ nies li jieklu ftit ikel mill-pjanti. Il-fatturi tal-istil tal-ħajja, bħal dieta tajba għas-saħħa, piż normali tal-ġisem, u l-attività fiżika, għandhom tendenza li jkunu preżenti flimkien fl-istess persuna, u diffiċli tissepara l-effetti indipendenti tagħhom. L-ikbar benefiċċju għas-saħħa jinkiseb bi stil tal-ħajja tajjeb għas-saħħa (iktar tagħrif dwar Attività fiżika, Dieta u Alkoħol).
- X’inhi dieta tajba għas-saħħa?
- Hemm dieta speċifika għal kontra l-kanċer?
- X’ikel u nutrijenti jaffettwaw ir-riskju tal-kanċer?
- Importanti li tvarja l-ikel mill-pjanti, u xi tfisser “varjetà”?
- X’jiġifieri “ħafna” ikel mill-pjanti?
- X’jiġifieri “tal-qamħa sħiħa” (“wholegrain”)?
- U xi ngħidu għal żjut, ġewż u żerrigħat?
- X’jiġifieri “laħam aħmar” u “laħam ipproċessat”?
- X’jiġifieri “xarbiet zokkrin”?
- X’jiġifieri “ikel xaħmi u zokkri”?
- Xi ngħidu dwar “fast foods”?
- Xi ngħidu dwar ikel fil-laned, imnixxef u ffriżat?
- Kif nista’ nnaqqas il-melħ li niekol? Liema ikel fih ħafna melħ?
- Kif nista’ nnaqqas il-kaloriji li nieħu biex ikolli piż tajjeb għas-saħħa?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Ingħatajt dijanjożi li għandi l-kanċer. Ser nibbenefika jekk naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Jekk nieħu s-supplimenti djetetiċi nnaqqas ir-riskju tal-kanċer?