Il-kanċer hija marda fejn iċ-ċelloli tal-ġisem jikbru b’mod mhux ikkontrollat, u jifformaw tumur li jista' jinfirex lejn partijiet differenti tal-ġisem.

Il-kanċer huwa kawża ewlenija ta’ mewt fl-Unjoni Ewropea.

Il-kanċer ħafna drabi jiġi dijanjostikat fil-persuni ta' mezza età u fil-persuni anzjani, iżda t-tibdil fiċ-ċelloli li jwassal għall-kanċer jibda ferm aktar kmieni, u għalhekk il-protezzjoni hija importanti f’kull età.

L-għadd ta’ persuni li jiżviluppaw il-kanċer qed jiżdied, parzjalment minħabba li n-nies qegħdin jgħixu ħajja itwal aktar minn qatt qabel.

Ir-riċerka xjentifika wriet għadd ta’ modi kif jista' jitnaqqas ir-riskju tal-kanċer.

Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer inħoloq biex jinforma lill-pubbliku dwar l-azzjonijiet li huma jistgħu jieħdu biex inaqqsu r-riskju li jiżviluppaw jew li jbatu mill-kanċer.