12-IL MOD BIEX TNAQQAS IR-RISKJU LI JAQBDEK IL-KANĊER

Tilqima u infezzjonijiet

icon-vaccinationIżgura li wliedek jitlaqqmu kontra:

  • ‘Hepatitis B’ (għat-trabi tat-twelid)
  • ‘Human Papilloma Virus’ (HPV) (għall-bniet).

Ftit nies jassoċjaw l-infezzjoni mal-kanċer, iżda kważi għoxrin fil-mija tal-kanċers kollha fid-dinja huma kkaġunati minn aġenti infettivi, inklużi vajrusis u batterji. Fost l-iktar infezzjonijiet importanti assoċjati mal-kanċers huma l-papillomavajrusis umani (HPVs) li jistgħu jikkaġunaw ħafna mill-kanċers taċ-ċerviċi u kanċers anali kif ukoll frazzjoni tal-kanċers orali; il-vajrus tal-epatite B (HBV) u l-vajrus tal-epatite Ċ (HCV), li jistgħu jikkaġunaw kanċer tal-fwied; u Helicobacter pylori, li huwa batterju li jista’ jikkaġuna l-kanċer tal-istonku. L-infezzjoni bil-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) ma tikkaġunax kanċers direttament iżda n-nies bl-HIV għandhom riskju ikbar li jiżviluppaw ċerti kanċers għaliex is-sistemi immuni tagħhom huma dgħajfin. It-tilqim huwa l-iktar mod effettiv kif jiġu prevenuti wħud minn dawn l-infezzjonijiet. Tilqimiet ferm effettivi kontra l-HBV ilhom disponibbli bosta għexieren ta’ snin u ħafna pajjiżi jinkludu t-tilqim għall-HBV fil-programmi ta’ immunizzazzjoni tat-tfal; it-tilqim huwa ferm effettiv ukoll fil-prevenzjoni ta’ infezzjoni bit-tipi ta’ HPV li jikkaġunaw il-parti l-kbira tal-kanċers ċervikali.