Ma hemm ebda definizzjoni xjentifika preċiża ta’ xi jfisser l-aġġettiv “ħafna” b’rabta ma’ dan l-ikel mill-pjanti rakkomandati.
Hemm tipi differenti ta’ ikel mill-pjanti – ħxejjex u frott; żrieragħ bl-imżiewed bħal fażola, piżelli jew għads; bħal ross, għaġin jew ħobż (idealment tal-qamħa sħiħa), u ġewż u żerrigħat. L-evidenza xjentifika turi li l-benefiċċji ta’ meta wieħed jiekol ħaxix u frott, u żrieragħ bl-imżiewed, ġewż u żerrigħat ġeneralment jiżdiedu iktar ma jikber l-ammont ikkonsmat – jiġifieri iktar ma tiekol, tant aħjar. Iċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, speċjalment jekk irfinuti jistgħu jikkontribwixxu għat-teħid ta’ kaloriji eċċessivi, u b’hekk m’għandhomx jiġu kkonsmati żżejjed.