Ġew suġġeriti bosta nutrijenti u komponenti oħrajn tal-ikel li jipproteġu b’mod speċifiku kontra ċerti kanċers, iżda l-evidenza hija dgħajfa wisq biex wieħed jirrakkomandahom għall-prevenzjoni tal-kanċer – dawn jinkludu s-selenju, il-likopen, u l-vitamina D. L-istudji dwar l-interventi li ttestjaw dawn is-supplimenti djetetiċi u nutrijenti oħrajn ma stabbilixxew ebda benefiċċju, u kultant sabu danni mhux mistennijin, speċjalment meta jintużaw dożi għoljin; għalhekk, mhuwiex rakkomandat li jittieħdu supplimenti djetetiċi għall-prevenzjoni tal-kanċer. L-aħjar hu li jkollok dieta ta’ ikel ordinarju li tipprovdilek in-nutrijenti kollha li għandek bżonn.
Hemm ċirkustanzi li fihom supplimenti djetetiċi jistgħu jkunu siewja – bħall-aċidu foliku għal nisa li jridu joħorġu tqal, jew vitamina D għal nies b’riskju ta’ defiċjenza; it-tabib tiegħek jista’ jagħtik pariri dwar dawn.
Jekk diġà ngħatajt dijanjożi li għandek il-kanċer, tieħu ebda suppliment qabel ma l-ewwel nett titkellem mat-tabib tiegħek – intwera li wħud minnhom ixekklu t-trattamenti tal-kanċer.