MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET OĦRAJN
Mediċini farmaċewtiċi
Il-mediċini farmaċewtiċi huma sustanzi kimiċi żviluppati u applikati fil-mediċina u d-dentistrija minħabba li jistgħu jikkuraw, jipprevjenu jew itaffu l-mard. Il-mediċini jista’ jkollhom effetti sekondarji minbarra l-effetti fil-mira tagħhom. L-effetti sekondarji jistgħu jinvolvu żieda fir-riskju tal-kanċer jew tnaqqis fir-riskju tal-kanċer.
It-terapija ormonali sostituttiva bl-ormoni femminili hija trattament mediku użat l-iktar sabiex itaffi s-sintomi tal-menopawża fin-nisa.
Mediċini farmaċewtiċi oħrajn, uħud minnhom mediċini ormonali, jistgħu jżidu r-riskju tal-kanċer għan-nisa biss (eż. kontraċettivi orali) jew għan-nisa u l-irġiel:
- L-użu ta’ kontraċettivi orali jista’ jżidli r-riskju tal-kanċer?
- Hemm mediċini oħrajn li jistgħu jżiduli r-riksju tal-kanċer?
- Hemm xi mediċini, bħall-aspirina, li nista’ nieħu biex innaqqas ir-riskju tal-kanċer?
- X’għandi nagħmel jekk irrid nieħu l-mediċini, bħall-aspirina, biex innaqqas ir-riskju tal-kanċer?