It-terminu “fast food” jintuża spiss u ntuża fi studji għar-riċerka. Ma jfissirx biss li huwa ikel li malajr tippreparah, għaliex il-veloċità tal-preparazzjoni ta’ ikel m’għandha xejn x’taqsam ma’ kemm hu tajjeb għas-saħħa. Ġeneralment jirreferi għal ikel disponibbli minnufih, ferm ipproċessat u konvenjenti li għandu tendenza li jkollu ħafna kaloriji (minn xaħam jew zokkor) u melħ, u inqas fibra djetetika, u li jiġi kkonsmat spiss u f’porzjonijiet kbar.
Ħafna mill-evidenza li torbot il-“fast foods” ma’ żieda fil-piż tirreferi għal ikel bħal bergers, biċċiet tat-tiġieġ moqlijin, ċips, u xarbiet xaħmin (eż. “smoothies” jew “milkshakes”) jew xarbiet zokkrin, kif serviti fi “franchises” internazzjonali, u għandhom dan l-effett għaliex għandhom ħafna kaloriji u għandhom kontenut għoli ta’ kaloriji għal porzjon żgħira (ikel dens fl-enerġija).