Iva. Li tiekol varjetà ta’ ikel differenti mill-pjanti huwa parti importanti minn dieta tajba għas-saħħa. Hemm tipi differenti ta’ ikel mill-pjanti – ħxejjex u frott; żrieragħ bl-imżiewed, bħal fażola jew għads jew piżelli; u ċereali u prodotti taċ-ċerali, bħal ross, għaġin jew ħobż. “Varjetà” tfisser li tul perjodu ta’ żmien – tul ġimgħa jew xahar – tieħu ftit minn kollha kemm huma. Tfisser ukoll li jkollok varjetà ta’ tipi minn kull kategorija. Jiġifieri għall-ħxejjex, tista’ tipprova tara li jkollok ħxejjex tal-werqa ħadra bħall-kaboċċi, jew ħxejjex tal-għeruq bħall-karrotti, jew zukkini jew brunġiel, jew ħxejjex tal-insalati bħat-tadam. Biex tagħmel dan tista’ tara li jkollok ħafna ħxejjex ta’ kuluri differenti. Daqstant ieħor tajjeb li jkollok tipi differenti ta’ żrieragħ bl-imżiewed u ċereali (idealment tal-qamħa sħiħa). Ipprova ħu l-benefiċċju tal-bosta varjetajiet ta’ ikel fi żminijiet differenti tas-sena.
- X’inhi dieta tajba għas-saħħa?
- Hemm dieta speċifika għal kontra l-kanċer?
- X’ikel u nutrijenti jaffettwaw ir-riskju tal-kanċer?
- Importanti li tvarja l-ikel mill-pjanti, u xi tfisser “varjetà”?
- X’jiġifieri “ħafna” ikel mill-pjanti?
- X’jiġifieri “tal-qamħa sħiħa” (“wholegrain”)?
- U xi ngħidu għal żjut, ġewż u żerrigħat?
- X’jiġifieri “laħam aħmar” u “laħam ipproċessat”?
- X’jiġifieri “xarbiet zokkrin”?
- X’jiġifieri “ikel xaħmi u zokkri”?
- Xi ngħidu dwar “fast foods”?
- Xi ngħidu dwar ikel fil-laned, imnixxef u ffriżat?
- Kif nista’ nnaqqas il-melħ li niekol? Liema ikel fih ħafna melħ?
- Kif nista’ nnaqqas il-kaloriji li nieħu biex ikolli piż tajjeb għas-saħħa?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Ingħatajt dijanjożi li għandi l-kanċer. Ser nibbenefika jekk naqbad dieta tajba għas-saħħa?
- Jekk nieħu s-supplimenti djetetiċi nnaqqas ir-riskju tal-kanċer?