Għal ċerti kanċers li ġew studjati, intwera li l-attività fiżika matul u wara l-kura għall-kanċer ittejjeb il-funzjonament fiżiku u l-kwalità tal-ħajja, u tnaqqas l-għeja marbuta mal-kanċer. B’hekk, sakemm ma jgħidilhomx mod ieħor professjonist ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa, huwa rakkomandat li l-pazjenti tal-kanċer ikunu fiżikament attivi u li jsegwu l-linji gwida tas-soltu kemm jista’ jkun.
- X’tipi ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati bl-attività fiżika?
- L-attività fiżika kif tipproteġi kontra l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, l-attività fiżika tnaqqas ir-riskju ta’ mard jew kundizzjonijiet oħrajn?
- Xi tfisser “attività fiżika”?
- Kemm għandi nagħmel attività fiżika?
- Tista' tkun xi tkun l-attività fiżika?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer permezz tal-attività fiżika?
- Kif nista’ nsir iktar attiv(a) fiżikament?
- Ingħatajt dijanjożi li għandi l-kanċer. Jekk inżid l-attività fiżika ser niggwadanja?
- X’nista’ nagħmel minħabba l-ammont ta’ żmien li nqatta’ bilqiegħda?