Il-mard kollu tal-kanċer huwa kkawżat minn anormalitajiet (mutazzjonijiet) fid-DNA taċ-ċelloli fil-ġisem. Il-ġisem għandu difiżi kontra ċerti mutazzjonijiet, iżda xi elementi esterni – bħal prodotti kimiċi karċinoġeni li jinsabu fid-duħħan tat-tabakk, kif ukoll fir-radjazzjoni u f'ċerti infezzjonijiet – jistgħu jegħlbu dawn id-difiżi. Xi drabi l-istat nutrizzjonali intern tal-ġisem u l-ormoni prodotti fil-ġisem jistgħu wkoll iżidu l-probabbiltà li jitfaċċaw dawn l-anormalitajiet ġenetiċi.
Il-kawża ewlenija tal-kanċer fl-Unjoni Ewropea hija t-tipjip. Il-piż żejjed jew l-obeżità, id-dieta ħażina, in-nuqqas ta’ attività fiżika, u l-konsum tal-alkoħol huma fatturi li jikkontribwixxu għal stil ta’ ħajja mhux tajjeb għas-saħħa, li huwa kawża oħra ewlenija tal-kanċer. L-esponiment għax-xemx u xi sorsi oħra ta’ radjazzjoni (eż. mir-radon) huma wkoll importanti, kif ukoll l-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol u ċerti infezzjonijiet.
ktar ma l-individwi jkunu esposti għal xi wieħed minn dawn il-fatturi (fejn għandhom x'jaqsmu t-tul ta' żmien, il-frekwenza u l-livell ta' esponiment), aktar jiżdied ir-riskju li jiżviluppaw il-kanċer.