12-IL MOD BIEX TNAQQAS IR-RISKJU LI JAQBDEK IL-KANĊER

Piż tajjeb għas-saħħa

icon-tobacco Żomm piż tajjeb għas-saħħa.

Hemm evidenza b’saħħitha li turi li n-nies jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-kanċer billi jadottaw drawwa djetetika u fiżika tajba għas-saħħa. Fil-popolazzjonijiet Ewropej, huwa stmat li nies li jsegwu stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa li jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kanċer għandhom riskju 18% inqas tal-kanċer meta mqabblin ma’ nies li l-istil tal-ħajja u l-piż tagħhom ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet. It-tnaqqis tar-riskju ġie stmat għal stil tal-ħajja li jinkludi: piż normali (indiċi tal-massa tal-ġisem [BMI] ta’ bejn 18.5 u 24.9 kg/m2) u l-evitar ta’ ikel li jippromwovi żieda fil-piż, bħal xarbiet zokkrin u “fast foods”; attività fiżika moderata għal tal-inqas 30 minuta kuljum; treddigħ (għan-nisa); parti kbira tal-ikel li tiġi minn pjanti; limitazzjoni tal-ikliet ta’ laħam aħmar; l-evitar ta’ laħam ipproċessat; u limitazzjoni tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku.