12-IL MOD BIEX TNAQQAS IR-RISKJU LI JAQBDEK IL-KANĊER
Treddigħ
DIt-treddigħ inaqqas ir-riskju tal-kanċer. Jekk tkun tista’, redda’ lit-tarbija tiegħek.
It-treddigħ huwa tip partikolari ta’ drawwa li hija tajba għas-saħħa. Hemm evidenza sostanzjali li n-nies jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-kanċer billi jadottaw drawwa djetetika u fiżika tajba għas-saħħa. Fil-popolazzjonijiet Ewropej, huwa stmat li nies li jsegwu stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa li jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kanċer għandhom riskju 18% inqas ta' kanċer meta mqabblin ma’ nies li l-istil tal-ħajja u l-piż tagħhom ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet. Stima tat-tnaqqis tar-riskju saret għal stil tal-ħajja li jinkludi: piż normali (indiċi tal-massa tal-ġisem [BMI] ta’ bejn 18.5 u 24.9 kg/m2) u l-evitar ta’ ikel li jġib żieda fil-piż, bħal xarbiet zokkrin u “fast foods”; attività fiżika moderata għal tal-inqas 30 minuta kuljum; treddigħ (għan-nisa); ikel li fil-parti l-kbira tiegħu jiġi mill-pjanti; limitazzjoni tal-ikliet ta’ laħam aħmar; l-evitar ta’ laħam ipproċessat; u limitazzjoni tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku.