Intwera li hemm għadd ta’ xogħlijiet u sustanzi kimiċi speċifiċi li jinstabu fil-postijiet tax-xogħol li jżidu r-riskju ta’ ċerti kanċers. Uħud mill-iktar sustanzi importanti li jikkaġunaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol huma deskritti f’iktar dettall:
- Amini aromatiċi
- Asbestos
- Komposti tal-kromu (VI)
- Egżost minn magni diżil
- Żjut minerali, mhux ittrattati jew bi trattament ħafif
- Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)
- Trab tas-silika.
It-Tabella 1 tippreżenta xogħlijiet li fihom ġew identifikati okkorrenzi ogħla tal-kanċer. F’uħud minn dawn ix-xogħlijiet, is-sustanzi kimiċi speċifiċi li jikkaġunaw il-kanċer huma magħrufin, filwaqt li f’oħrajn is-sustanzi speċifiċi ma ġewx identifikati biċ-ċar.
Tabella 1: Xogħlijiet li jikkaġunaw il-kanċer
Xogħol jew industrija |
Siti (jew tipi) ta’ tumuri li dwarhom hemm biżżejjed evidenza ta’ karċinoġeniċità fil-bniedem |
---|---|
Produzzjoni tal-aluminju |
Pulmun, bużżieqa tal-awrina |
Manifattura tal-awramina |
Bużżieqa tal-awrina |
Gassifikazzjoni tal-faħam |
Pulmun |
Distillazzjoni tal-qatran tal-faħam |
Ġilda |
Produzzjoni tal-kokk |
Pulmun |
Tħaffir tal-ematite (taħt l-art) |
Pulmun |
Funderija tal-ħadid u l-azzar |
Pulmun |
Produzzjoni ta’ isopropil alkoħol |
Kavità nażali u sinus paranażali |
Produzzjoni tal-maġenta |
Bużżieqa tal-awrina |
Xogħol taż-żebgħa |
Pulmun, meżoteljoma, apparat tal-awrina |
Produzzjoni tal-lasktu |
Lewkemija, linfoma, pulmun, stonku, apparat tal-awrina |
Sors: Riprodotta minn Cogliano VJ, Baan R, Straif K et al. (2011). Preventable exposures associated with human cancers. J Natl Cancer Inst, 103:1827–1829, by permission of Oxford University Press.
Fuq il-postijiet tax-xogħol, l-esponimenti tipikament ikunu kumplessi, b’esponimenti għal sustanzi kimiċi biss, bħala taħlitiet, jew flimkien ma’ esponimenti oħrajn marbutin max-xogħol jew sustanzi oħrajn li jikkaġunaw il-kanċer, bħal tipjip jew xorb ta’ alkoħol. B’hekk, ħafna ħaddiema jistgħu jkunu potenzjalment esposti għal bosta sustanzi, u dawn jistgħu jaffettwaw bosta siti tal-kanċer. Sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol jikkaġunaw l-iktar kanċer tal-pulmun, u spiss anki mesoteljoma (kanċer taċ-ċelloli tal-mesotelju, ir-rita protettiva li tiksi s-sider, l-addome u l-ispazju madwar qalbek) u l-kanċers tal-ġilda, l-apparat tal-awrina u l-esofagu (Figura 2).
Figura 2: Is-siti tal-kanċer relatati mas-sustanzi kimiċi misjubin fuq il-post tax-xogħol.
Sors: © iStockphoto.com.
Il-ħaddiema li jaħdmu fuq barra, inklużi bennejja u bdiewa, “lifeguards” jew ġardinara jistgħu jesponu l-ġilda tagħhom għal riskju ikbar ta’ ħsara mill-UV. Esponimenti oħrajn marbutin max-xogħol jinkludu tipjip passiv u radon.