Iva. Peress li l-post tax-xogħol jinfluwenza b’mod dirett is-saħħa u l-benessri tal-ħaddiema u, konsegwentement, tal-familji, il-komunitajiet u s-soċjetà tagħhom, dan joffri l-kuntest u l-infrastruttura ideali li jsostnu l-miżuri preventivi u ta’ promozzjoni tas-saħħa għal popolazzjonijiet kbar, inkluż il-waqfien mit-tipjip, iktar attività fiżika, u dieta tajba għas-saħħa. It-tħallit tal-isforzi min-naħa tal-impjegaturi, l-impjegati u s-soċjetà permezz ta’ programmi tas-saħħa okkupazzjonali jew il-promozzjoni ta’ stili tal-ħajja tajbin għas-saħħa u ż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tiswir tal-ambjent tax-xogħol, jistgħu jtejbu s-saħħa u l-benessri tan-nies fuq ix-xogħol.