Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment u x-xogħlijiet relatati

L-egżost minn magni diżil huwa taħlita kumplessa ta’ komponenti gassużi kif ukoll partikulati, li fihom sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer inklużi idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), benżen, 1,3-butadjen, formaldeid, etilen ossidu, u metalli.
Il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-emissjonijiet minn magna jiddependu l-iktar mit-tip u l-kundizzjoni tal-magna, il-kompożizzjoni tal-fjuwil u l-addittivi, il-kundizzjonijiet operatorji, u l-apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet.

F’ċerti xogħlijiet jista’ jkun hemm esponiment ikbar għal egżost minn magni diżil, bħal:

  • fit-trasport (eż. ħaddiema ferrovjarji u sewwieqa professjonali u xogħol fil-garaxxijiet, manutenzjoni u eżaminazzjoni tal-vetturi;
  • fil-kontroll tat-traffiku;
  • fil-minjieri taħt l-art;
  • fil-qtugħ tas-siġar;
  • fit-tifi tan-nar;
  • għal ħaddiema li jaħdmu fit-tarzna u li jħaddmu tagħmir kbir.