Iva. F’ċerti kuntesti okkupazzjonali, jew tul il-karriera ta’ individwu, hemm il-possibbiltà li jkun espost għal bosta sustanzi okkupazzjonali li jikkaġunaw il-kanċer fl-istess ħin jew f’sekwenza. It-taħlitiet tipiċi huma: radon jew arseniku u silika kristallina; asbestos u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs); jew komposti tal-kromu u tan-nikil.
Spiss it-tipjip iżid b’mod sostanzjali mar-riskju marbut ma’ sustanzi okkupazzjonali li jikkaġunaw il-kanċer. Pereżempju, ir-riskju ta’ kanċer tal-pulmun f’dawk li jaħdmu mal-asbestos huwa ferm ogħla f’dawk li jpejpu wkoll, u t-tipjip huwa fattur ta’ riskju ikbar f’dawn l-individwi mill-asbestos.