Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment u x-xogħlijiet relatati

Il-kromu (VI), jew il-kromu essavalenti, huwa t-tieni l-iktar stat ta’ ossidazzjoni stabbli tal-kromu tal-metall.
Ħafna mill-komposti tal-kromu (VI) huma manifatturati. Il-kromu fil-forma ta’ bosta ligi u komposti ilu jintuża b’mod kummerċjali għal iktar minn 100 sena.

Is-sitwazzjonijiet okkupazzjonali li fihom iseħħ esponiment għall-kromu jinkludu:

  • il-produzzjoni tal-kromat, li matulu jistgħu jseħħu l-ogħla esponimenti għal komposti tal-kromu (VI);
  • manifattura ta’ kuluranti u pigmenti;
  • l-iggalvanizzar u t-tnaqqix;
  • il-produzzjoni tal-ferro-liga tal-kromu;
  • l-iwweldjar tal-azzar inossidabbli;
  • preservattivi fl-injam;
  • il-konzar tal-ġilda;
  • it-trattament tal-ilma;
  • il-linek;
  • il-fotografija;
  • il-litografija;
  • it-tajn tat-tħaffir;
  • il-fwejjaħ sintetiċi;
  • il-piroteknika;
  • ir-reżistenza għall-korrożjoni.

Il-ħaddiema huma esposti għal dħaħen, ċpar u trab fl-arja li fihom kromu jew il-komposti tiegħu.