Hemm żewġ perċezzjonijiet ħżiena dwar kemm-il kanċer fil-verità huwa kkawżat minn sustanzi kimiċi fl-ambjent.

L-ewwel nett, ir-riskju l-kbir jiġi minn esponiment qawwi tul bosta snin, pereżempju esponiment marbut max-xogħol, li huwa marbut mar-riskju tal-kanċer, aktar milli minn riskji ferm inqas li jiġu mill-esponiment għall-istess sustanza kimika fil-livell ambjentali.

It-tieni, “riskju” jista’ jfisser xi ħaġa differenti meta jkun marbut mal-individwu f’paragun mal-popolazzjoni sħiħa. Riskju relattivament baxx għall-individwu, bħal dak ta’ kanċer tal-pulmun ikkaġunat mit-tniġġis tal-arja jew tipjip passiv, jista’ jirriżulta f’numru ta’ każijiet tal-kanċer fil-popolazzjoni jekk ikun hemm ħafna nies esposti, filwaqt li esponiment qawwi fi grupp relattivament baxx ta’ ħaddiema sejjer jirriżulta f’riskju tal-kanċer għoli fost l-individwi esposti iżda sejjer jikkaġuna numru żgħir biss ta’ kanċers fil-popolazzjoni sħiħa.