Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment u x-xogħlijiet relatati

Iż-żjut minerali (żjut b’bażi ta’ lubrikant u prodotti derivati) huma prodotti fi kwantitajiet kbar u jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ prodotti, li primarjament jintużaw għal skopijiet ta’ lubrikazzjoni. Il-kompożizzjoni ta’ dawn iż-żjut tvarja skont is-sors taż-żejt mhux maħdum, il-proċess ta’ raffinar, u l-addittivi preżenti.

L-esponiment għaż-żjut minerali jista’ jseħħ f’firxa ta’ xogħlijiet, bħal:

  • fil-produzzjoni;
  • fl-użu bħala lubrikanti minn dawk li jaħdmu fuq il-metall, makkinisti, inġiniera;
  • fl-industrija tal-istampar (il-formulazzjoni tal-linka);
  • fil-kożmetika, fi tħejjijiet mediċinali u farmaċewtiċi.

Il-grad ta’ esponiment tal-bniedem għal dawn il-prodotti jvarja ħafna: fil-każ ta’ żjut tal-qtugħ, spiss jista’ jkun hemm kuntatt mal-ġilda u teħid man-nifs jekk wieħed ma joqgħodx attent.