Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment u x-xogħlijiet relatati

Grupp ta’ minerali fibrużi li jinstabu fin-natura b’użu kummerċjali attwali jew storiku minħabba l-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tagħhom. L-asbestos jintuża għall-iżolament fil-bini u bħala komponent f’għadd ta’ prodotti, bħal shingles għall-bjut, linji tal-provvista tal-ilma, kutri għal kontra n-nar, u mili tal-plastik, kif ukoll klaċċijiet u linings tal-brejkijiet, gaskits u peddijiet għall-vetturi.
Il-forom ewlenin ta’ asbestos huma krisotil (asbestos abjad) u kroċidolit (asbestos ikħal). Forom oħrajn huma l-amosit, antofilit, tremolit u aktinolit.

L-esponiment għall-asbestos iseħħ bit-teħid man-nifs ta’ fibri:

  • l-iktar minn arja kontaminata fl-ambjent tax-xogħol;
  • l-ogħla livell ta’ esponiment iseħħ matul it-tħallit ma’ materja prima oħra u t-tqattigħ fix-xott ta’ prodotti li fihom l-asbestos b’għodod tal-brix;
  • l-esponiment jista’ jseħħ ukoll meta jiġu installati u meta jintużaw prodotti li fihom l-asbestos u fil-manutenzjoni tal-vetturi;
  • l-esponiment jista’ jiġi wkoll minn fibri li jinġarru d-dar fuq l-ilbies ta’ dawk li jaħdmu bl-asbestos.

Illum l-użu tal-asbestos huwa pprojbit fl-Unjoni Ewropea; madankollu, il-krisotil li jitfarrak u/jew tip ieħor ta’ materjali li fihom l-asbestos għadek issibhom f’ħafna binjiet u għadhom iwasslu għal esponiment għall-asbestos matul il-manutenzjoni, l-alterazzjoni, it-tneħħija u t-tiġrif. Użi oħrajn tal-krisotil huma materjali tal-frizzjoni, tessili u applikazzjonijiet oħrajn.