It-tabakk wieħed jista’ jpejpu, jsoffu, jomogħdu jew ixammu. It-tipjip ta' sigaretti huwa l-iktar mod komuni kif in-nies jużaw it-tabakk fl-Unjoni Ewropea; bħalissa hemm madwar 28% tan-nies li għandhom iktar minn 18-il sena li jpejpu u inqas minn 1% jużaw tabakk li ma jdaħħanx, ħlief fl-Isvezja. It-tabakk jinbiegħ ukoll bħala sigarri, tabakk waħdu għal sigaretti għat-trembil jew għal pipi, tabakk għall-pipi tal-ilma, tabakk tal-magħad, u tabakk tat-tisfif jew tax-xamm (nażali, niedi jew xott).
Hemm iktar dettalji dwar il-prodotti tat-tabakk fit-Tabella 1.