Iva. L-evidenza xjentifika turi b’mod konklużiv li r-riskju tal-kanċer jonqos wara li tieqaf tpejjep f’kull età, iżda iktar ma tkun għadek żgħir meta tieqaf, iktar se tibbenefika.
Bħala medja, dawk li jpejpu jitilfu tal-inqas 10 snin ħajja meta mqabblin ma’ dawk li qatt ma pejpu. Il-waqfien tat-tipjip qabel l-età ta’ 40 sena jnaqqas ir-riskju tal-mewt minħabba t-tipjip b’madwar 90%. Qatt m’hu tard wisq biex tieqaf tpejjep; il-waqfien f’kull età jnaqqas ir-riskju tal-mewt minħabba t-tipjip meta mqabbel ma’ min jibqa’ jpejjep.
Il-waqfien mit-tipjip għandu wkoll benefiċċji evidenti oħrajn fuq is-saħħa (ara l-Figura 5). Dak li jistgħu jagħmlu dawk li jpejpu huwa spjegat hawnhekk.
Figura 5: L-effetti ta’ benefiċċju fuq is-saħħa fit-terminu qasir u fit-tul osservati wara l-waqfien mit-tipjip.
Sors: Stampata mill-ġdid bil-premess tal-American Cancer Society, Inc. Id-drittijiet kollha miżmuma. Minn fuq www.cancer.org