Iva. L-effetti dannużi tat-tabakk jiżdiedu bil-konsum ta’ xorb alkoħoliku u anki f’ċerti xogħlijiet li jesponu lill-ħaddiema għal aġenti oħrajn li huma magħrufin li jikkaġunaw il-kanċer (eż. radon jew asbestos). Għall-konsum tal-alkoħol u t-tipjip, ir-riskju tal-kanċer tal-kavità orali, il-farinġi, il-larinġi u l-esofagu jiżdied b’mod sostanzjali iktar ma jiżdied il-konsum ta’ alkoħol minn dawk li jpejpu. It-tipjip u x-xorb alkoħoliku jżidulek ir-riskju tal-kanċer iktar mit-tipjip waħdu.