Prodotti tat-tabakk għat-tipjip. Fl-Ewropa, il-prodotti tat-tabakk manifatturati għat-tipjip ħafna drabi jinkludu sigaretti, sigarri u sigarillos, tabakk maqtugħ fin għas-sigaretti tat-trembil, u tabakk tal-pipa. It-tipjip jiġġenera tipjip passiv ukoll, id-duħħan meħlus mit-tarf maħruq ta’ sigarett jew minn prodotti tat-tabakk oħrajn normalment flimkien mad-duħħan meħlus minn min ipejjep. It-teħid man-nifs tat-tipjip passiv minn persuni li ma jpejpux jitqies li huwa tipjip involontarju. |
|
Sigarett Sors: Ħajr lil hinnamsaisuy/FreeDigitalPhotos.net għall-istampa |
Kwalunkwe roll tabakk imgeżwer f’karta jew materjal ieħor mhux tat-tabakk; bit-tarf bil-filtru jew mingħajr; disponibbli wkoll b’togħmiet; b’dijametru ta’ madwar 8 mm u tul ta’ 70–120 mm. |
Sigaretti tat-trembil Sors: Ħajr lil graurcodrin/FreeDigitalPhotos.net għall-istampa |
Sigaretti għat-trembil individwalment magħmulin minn tabakk għalih maqtugħ fin imgeżwer f’karta tas-sigaretti li fihom inqas tabakk minn tipi manifatturati kummerċjalment (bejn madwar 0.4 u 0.75 grammi). |
Sigarri Sors: Ħajr lil Grant Cochrane/FreeDigitalPhotos.net għall-istampa |
Kwalunkwe roll tabakk imgeżwer f’tabakk tal-werqa jew fi kwalunkwe sustanza oħar li fiha t-tabakk. Hemm tipi differenti: sigarri ċkejknin, sigarri żgħar (sigarillos), sigarri regolari, sigarri primjum. Ċerti sigarri ċkejknin għandhom tarf bil-filtru u għandhom forma ta’ sigaretti. |
Tabakk tal-pipa Sors: © Rinek - iStockphoto.com |
Pipa hija apparat għat-tipjip tat-tabakk li jikkonsisti f’kompartiment (ir-reċipjent) għat-tabakk, imqabbad mal-biċċa tal-ħalq (il-bokka) b’zokk vojt irqiq (il-qasba). Il-pipi spiss jitqandlu bil-galbu, u t-tabakk waħdu għat-tipjip bil-pipa jitħallat sabiex jikseb togħmiet li ma ssibhomx fi prodotti oħrajn tat-tabakk. |
Tabakk tal-hookah/pipa tal-ilma Sors: © danck - iStockphoto.com |
Pipa tal-ilma tintuża spiss għat-tipjip ta’ tabakk bit-togħma jew iffermentat b’molassi jew sustanzi oħrajn. It-tabakk jissaħħan bil-ħruq ta’ faħam, u d-duħħan jitberred billi jingħadda minn ġol-ilma u ġoz-zokk u l-biċċa tal-ħalq, mnejn jittieħed man-nifs. |
Prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, skont il-mod kif jintużaw Il-weraq tat-tabakk li ma jinħarqux jistgħu jittieħdu man-nifs jew mill-ħalq. |
|
Nażali Sors: © InkkStudios - iStockphoto.com |
It-tabakk jitnixxef bin-nar, imbagħad jiġi ffermentat u pproċessat f’forma ta’ trab xott, imsejjaħ tabakk nażali xott. It-tabakk nażali xott jiġi ppakkjat u jinbiegħ f’kontenituri żgħar tal-metall jew tal-ħġieġ. Filwaqt li huwa rari ħafna biex issibu użat fl-Ewropa (jintuża fir-Renju Unit), dan jittieħed man-nifs mill-imnieħer. It-trab xott tat-tabakk nażali jista’ jittieħed oralment ukoll. |
Orali |
Fl-Ewropa, l-użu orali tat-tabakk li ma jdaħħanx jikkonsisti fit-tqegħid tat-tabakk fl-ispazju bejn ix-xoffa jew il-ħadd u l-ħniek u mbagħad jittieħed bil-magħad jew bl-irdigħ għal ċertu ħin. Magħda (chaw), li hija ammont ta’ tabakk daqs ballun tal-golf, ġeneralment tittieħed bil-magħad, filwaqt li “quid” normalment tkun ferm iżgħar u tinżamm fil-ħalq minflok ma tittieħed bil-magħad. Fil-pajjiżi Skandinavi jintużaw prodotti tat-tabakk moderni li ma jdaħħnux, bħas-snus Svediż jew it-tabakk nażali niedi Svediż, u jikkonsistu f’borżetti żgħar li fihom it-tabakk (porzjon tabakk nażali). Fl-Isvezja, madwar 21% tal-irġiel jużaw tabakk orali li ma jdaħħanx. Madankollu, il-prodotti tat-tabakk orali jintużaw minn inqas minn 2% tal-popolazzjoni Ewropea sħiħa. |
Werqa waħedha Sors: © Vitalina Rybakova - iStockphoto.com |
Tikkonsisti f’weraq waħedhom tat-tabakk għas-sigarri li jitnixxfu bl-arja, jitneħħielhom iz-zokk, jinqatgħu jew jitfarrku, u jiġu ppakkjati biex isiru strixxi żgħar ta’ tabakk imqatta’. Ħafna marki jingħataw togħma ħelwa u ta' likorizja, u normalment jinbiegħu f’borżetti. Tabakk tal-werqa waħedha għandu kontenut għoli ta’ zokkor (madwar 35%). Titqiegħed niskata tabakk bejn il-ħadd u x-xoffa t’isfel, normalment fuq in-naħa ta’ wara tal-ħalq. Tittieħed bil-magħad jew tinżamm hemm. Il-bżieq jinbeżaq jew jinbela’. |
Tabakk nażali/snus niedi Sors: © gbrundin - iStockphoto.com |
It-tabakk jitnixxef bl-arja jew bin-nar, imbagħad jiġi pproċessat f’partikuli fini (“maqtugħ fin”) jew strippi (“maqtugħ twil”). Iz-zkuk u ż-żerriegħa tat-tabakk ma jitneħħewx. Tabakk nażali niedi jinbiegħ waħdu jew f’pakketti żgħar lesti biex jintużaw imsejħin boroż jew borżetti. Niskata jew il-kontenut ta’ pakkett jitqiegħdu u jinżammu bejn ix-xoffa jew il-ħadd u l-ħanek. Il-bżieq jista’ jinbela’ jew, iktar spiss, jinbeżaq. |
Betel quid bit-tabakk miżjud Sors: N. Guha/IARC |
Betel quid jintuża spiss minn gruppi ta’ minoranzi li jgħixu fl-Ewropa, b’mod partikolari fir-Renju Unit fost il-komunitajiet ta’ migranti li ġejjin mill-Asja Ċentrali, tal-Lvant, tan-Nofsinhar u tax-Xlokk. Betel quid bit-tabakk, spiss imsejjaħ paan jew pan, jikkonsisti f’erba’ ingredjenti ewlenin: (i) werqa tal-betel, (ii) ġewża areka, (iii) idrossidu tal-kalċju, u (iv) tabakk. It-tabakk jista’ jintuża f’forma mhux maħduma, imnixxfa bix-xemx, jew inkaljata, imbagħad jitqatta’ jew jintaħan fin u jiġi aromatizzat jew jitqiegħed għat-togħlija, biex isir krema, u jiġi aromatizzat b’ilma tal-fwieħa jew bil-fwieħa. Il-prodott finali (quid) jitqiegħed fil-ħalq u jittieħed bil-magħad. |
Maras Sors: Ħajr lil M. Seydioğullari għall-istampa |
Maras huwa tip ta’ tabakk li ma jdaħħanx li jintuża spiss fir-reġjun tax-Xlokk tat-Turkija, speċjalment fl-ibliet ta’ Kahramanmaraş u Gaziantep. L-ewwel, il-weraq tat-tabakk imnixxef bix-xemx isir trab u jitħallat mal-irmied tal-injam, speċjalment il-ballut, il-ġewż tal-Indja, jew id-dielja. Imbagħad, it-taħlita titbexxex bl-ilma għall-umidifikazzjoni. Jiġi applikat ammont żgħir mit-taħlita bejn il-mukoża labjali inferjuri u l-ġinġiva għal 4–5 minuti. Din il-proċedura tiġi ripetuta bosta drabi matul il-ġurnata; hemm anki nies li jorqdu bit-trab f’ħalqhom. |
- X’tipi ta’ prodotti tat-tabakk jintużaw fl-Ewropa?
- L-użu tat-tabakk jikkaġuna l-kanċer? X’perċentwal ta’ każijiet ta' kanċer huma kkaġunati mit-tipjip?
- Il-forom kollha tat-tabakk jikkaġunaw il-kanċer?
- X’inhuma s-sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer fit-tabakk?
- In-nikotina tikkaġuna l-kanċer?
- Hemm fatturi oħrajn li jistgħu jimmodifikaw ir-riskji tal-kanċer marbutin mat-tipjip? X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- It-tipjip tal-pipa tal-ilma huwa sikur?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju li niżviluppa l-kanċer jew li mmut bil-kanċer jekk nieqaf mit-tipjip?
- X’nista' nagħmel biex ma nibqax inpejjep?
- X’nista’ nagħmel biex nieqaf nuża tabakk li ma jdaħħanx?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk innaqqas in-numru ta’ sigaretti li npejjep?
- X’inhuma s-sigaretti elettroniċi (sigaretti-e)?
- Is-sigaretti-e jagħmlu inqas ħsara mis-sigaretti konvenzjonali?
- X’jista’ jiġri jekk nipprova nieqaf inpejjep?
- Meta jiena npjjep ninfluwenza lil ħaddieħor biex jibda jpejjep?
- It-tipjip huwa iktar komuni f’ċerti subgruppi tal-popolazzjoni?