Is-sigaretti elettroniċi jew is-sistemi elettroniċi li jwasslu n-nikotina (ENDS) huma apparati li ma jaħarqux u lanqas ma jużaw weraq tat-tabakk iżda, minflok, jivvaporizzaw in-nikotina li mbagħad tittieħed man-nifs minn min ipejjep. Dawn il-prodotti jissejħu l-iktar sigaretti-e (“e-cigarettes”) u l-użu tas-sigaretti-e spiss jissejjaħ “vaping”. Għad li ċerti sigaretti-e jidhru qishom prodotti tat-tabakk konvenzjonali (eż. sigaretti, sigarri, sigarillos, pipi, hookahs jew xixi), jistgħu jkunu prodotti fil-forma ta’ oġġetti li jintużaw ta’ kuljum bħal pinen, stikek tal-memorja USB u apparati ċilindriċi jew rettangolari ikbar.
Apparti n-nikotina, il-kostitwenti ewlenin l-oħrajn tal-fluwidu huma l-glikol propileniku u l-gliċerina veġetali. Barra minn hekk, il-likwidi u l-emissjonijiet tas-sigaretti-e normalment ikun fihom sustanzi kimiċi oħrajn. Is-sigaretti-e jiġu b’bosta togħmiet.