Le. Dawk li jpejpu l-pipa tal-ilma jieħdu man-nifs sustanzi tossiċi li jinħelsu mill-ħruq tat-tabakk (spiss b’togħma miżjuda) u mill-faħam li jintuża biex isaħħan it-tabakk, kif ukoll mit-tipjip passiv tat-tabakk. Ġeneralment, dawk li jpejpu l-pipa tal-ilma jpejpu inqas spiss iżda b’intensità ikbar minn dawk li jpejpu s-sigaretti. Is-sessjonijiet ġeneralment idumu ħafna (20-90 minuta), u jesponu lil dawk li jpejpu għad-duħħan tat-tabakk għal ħin twil. Dawk li jpejpu l-pipa tal-ilma għandhom tendenza li jibilgħu d-dħaħen fond fil-pulmun ukoll minħabba s-saħħa ikbar meħtieġa biex l-arja tinġibed minn ġol-passaġġ tal-ilma. L-effett tat-“tberrid” li jirriżulta mill-passaġġ tad-duħħan tat-tabakk minn ġol-ilma jista’ jwassal sabiex isir iktar frekwenti l-ġbid ta' nifsijiet 'l ġewwa u, b’hekk, iżid it-teħid man-nifs tal-karċinoġeni li jinsabu fid-duħħan. Il-passaġġ tad-duħħan mill-ilma ma jiffiltrax is-sustanzi tossiċi li jinsabu fid-duħħan tat-tabakk. Il-pipi tal-ilma huma magħrufin b’ismijiet oħrajn ukoll, inklużi xixa, hookah, narghile, jew hubble-bubble. Fil-Figura 4 jingħata eżempju.
Figura 4: Apparat ta’ pipa tal-ilma, magħruf ukoll bħala xixa, hookah, narghile, jew hubble-bubble.
Sors: © danck - iStockphoto.com.