It-tipjip huwa kontributur kbir għall-inugwaljanzi fis-saħħa f’ħafna pajjiżi bi dħul għoli. It-tipjip huwa iktar komuni fi gruppi żvantaġġati madwar id-dinja, inklużi dawk b’livell okkupazzjonali, edukattiv jew ta’ dħul baxx, dawk qiegħda u l-ġenituri waħedhom. Hemm gruppi oħrajn fil-popolazzjoni li jistgħu jkunu partikolarment suxxettibbli, bħall-persuni mingħajr dar, dawk bi problemi ta' saħħa mentali, u l-ħabsin. F’ċerti pajjiżi, il-minoranzi etniċi jistgħu jesperjenzaw rati għoljin ta’ użu tat-tabakk.
Importanti li jsiru sforzi speċjali li jiżguraw li l-interventi ta’ kontroll tat-tabakk jilħqu popolazzjonijiet vulnerabli b’użu għoli ta’ tabakk.