Jekk inti mudell eżemplari, it-tipjip tiegħek aktarx li jinfluwenza l-imġiba fir-rigward tat-tipjip ta’ ħaddieħor madwarek. Jekk tpejjep, huwa iktar probabbli li l-oħrajn f’darek jistgħu jpejpu wkoll, speċjalment żgħażagħ influwenzati mill-ġenituri u l-aħwa.
It-tobba, l-infirmiera u professjonisti tal-kura tas-saħħa oħrajn huma mudelli eżemplari għall-pazjenti tagħhom u, jekk ipejpu, ikunu qed jgħaddu messaġġ inkonsistenti lill-pazjenti tagħhom. Għalhekk, il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa għandhom jitħeġġu u jkunu sostnuti sabiex jieqfu jużaw it-tabakk u sabiex jippromwovu kultura ħielsa mit-tabakk.