Għalissa għadu mhux magħruf jekk dawn jagħmlux ħsara fit-tul. L-użu tas-sigarett-e ma jinvolvix il-ħruq tat-tabakk u t-teħid man-nifs tad-duħħan tat-tabakk kif jiġri fit-tipjip tas-sigaretti; għalhekk, l-użu tas-sigaretti-e huwa mistenni li jkollu riskju inqas ta’ mard u mewt mit-tipjip tat-tabakk. L-introduzzjoni ta’ regolamenti xierqa se tnaqqas kull riskju potenzjali mill-użu ta’ sigaretti-e.
Is-sigaretti-e għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-kwota enormi ta’ mard u mwiet ikkaġunati mit-tipjip tat-tabakk li kieku ħafna minn dawk li jpejpu jibdew jużaw is-sigaretti-e u jiġi indirizzat kif xieraq it-tħassib marbut mas-saħħa pubblika.
Dan tt-tħassib jikkonċerna t-togħmiet li jistgħu jattiraw lit-tfal u jippromwovu l-użu fost iż-żgħażagħ li ma jpejpux, il-fatt li t-tikkettar ma jirriflettix il-kontenut, li l-prodotti mhumiex kummerċjalizzati kif suppost, u li jistgħu jdgħajfu l-isforzi li saru ta’ kontroll tat-tabakk peress li jistgħu jintużaw f’postijiet fejn it-tipjip tat-tabakk huwa pprojbit, jew jistgħu jippromwovu l-użu fost dawk li jpejpu minflok il-waqfien għal kollox u, finalment, jerġgħu jinnormalizzaw l-użu tat-tabakk f’pajjiżi fejn saru sforzi avvanzati u li rnexxew fil-kontroll tat-tabakk.
Hemm bżonn li ssir ħafna riċerka biex jiġu mixtarra dawn il-problemi.