Le. In-nikotina hija kompost kimiku komuni li jinsab fil-pjanti tat-tabakk, u l-effett tagħha huwa li tikkawża dipendenza fuq it-tabakk u mhux li tikkaġuna l-kanċer direttament. Nies dipendenti fuq it-tabakk għandhom probabbiltà ikbar li jibqgħu esposti għall-karċinoġeni fit-tabakk tat-tipjip jew li ma jdaħħanx.
In-nikotina f’dożi li jinsabu fi prodotti bħala terapija b’sostitut għan-nikotina (NRT) tista’ tieħu post b’mod gradwali l-bżonn tan-nikotina f’dawk li jpejpu s-sigaretti filwaqt li tnaqqas l-esponiment ta’ dawk li jużawha għall-karċinoġeni u sustanzi tossiċi oħrajn fid-duħħan tat-tabakk. Għalhekk, in-nikotina mediċinali hija alternattiva iktar sikura għall-prodotti tat-tabakk. Mill-2009 it-terapija b’sostitut għan-nikotina (bħala ċuwingamm u “patch”) iddaħħlet fil-lista ta’ mediċini essenzjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
In-nikotina f’dożi kbar ħafna tista’ tkun tossika u anki letali u, għalhekk, il-prodotti tan-nikotina għandhom jinżammu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquhom it-tfal.