Prodott farmakoloġiku |
Formulazzjoni u dożaġġ tipiċi |
Disponibbiltà |
Kummenti |
---|---|---|---|
It-terapija b’sostitut għan-nikotina (NRT) tikkonsisti fi prodotti li fihom in-nikotina mfassla sabiex iwasslu nikotina fil-ġisem f’forma li ma tinvolvix tipjip jew l-inġestjoni ta’ tossini oħrajn. |
Hemm bosta forom differenti inklużi “patches” transdermali ta’ 16-il siegħa jew 24 siegħa, ċuwingamm taż-2 mg jew l-4 mg, “lozenges” tan-nikotina tal-1 mg, 1.5 mg, 2 mg jew 4 mg, pinnoli ta’ taħt l-ilsien taż-2 mg, sprej għall-imnieħer, inalatur, borżetta orali, u sprej tal-ħalq. |
Id-disponibbiltà tvarja madwar l-Ewropa, iżda normalment dawn jinbiegħu mingħajr riċetta jew ikunu disponibbli bir-riċetta. |
|
Il-bupropjon huwa antidipressant atipiku. |
Kors tipiku huwa ta’ 300 mg kuljum għal 7–8 ġimgħat, li jibda ġimgħa qabel id-data magħżula għall-waqfien għal kollox. |
Il-bupropju jista’ jinxtara bir-riċetta f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej. |
|
Il-vareniklina hija mediċina magħrufa bħala agonist parzjali. |
Kors tipiku tal-kura huwa ta’ 1 mg kuljum, li jibda ġimgħa wara d-data magħżula għall-waqfien għal kollox, imbagħad 2 mg kuljum għal 11-il ġimgħa. |
Il-varniklina tista’ tinxtara bir-riċetta f’ħafna pajjiżi Ewropej. |
|
Iċ-ċitisina hija agonist parzjali wkoll. |
Kors tipiku tal-kura huwa ta’ 4 ġimgħat, li jibda ġimgħa qabel id-data magħżula għall-waqfien għal kollox, bi skema tad-dożaġġ li tonqos maż-żmien. |
Bħalissa, iċ-ċitisina hija lliċenzjata fi ftit pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant biss, fejn hija disponibbli mingħajr ir-riċetta jew bir-riċetta. L-użu fl-Ewropa tal-Lvant hija mistennija fil-ġejjieni hekk kif ġew introdotti applikazzjonijiet għal-liċenzjar tal-prodott f’pajjiżi oħrajn, inkluż ir-Renju Unit. |
- X’tipi ta’ prodotti tat-tabakk jintużaw fl-Ewropa?
- L-użu tat-tabakk jikkaġuna l-kanċer? X’perċentwal ta’ każijiet ta' kanċer huma kkaġunati mit-tipjip?
- Il-forom kollha tat-tabakk jikkaġunaw il-kanċer?
- X’inhuma s-sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer fit-tabakk?
- In-nikotina tikkaġuna l-kanċer?
- Hemm fatturi oħrajn li jistgħu jimmodifikaw ir-riskji tal-kanċer marbutin mat-tipjip? X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- It-tipjip tal-pipa tal-ilma huwa sikur?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju li niżviluppa l-kanċer jew li mmut bil-kanċer jekk nieqaf mit-tipjip?
- X’nista' nagħmel biex ma nibqax inpejjep?
- X’nista’ nagħmel biex nieqaf nuża tabakk li ma jdaħħanx?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk innaqqas in-numru ta’ sigaretti li npejjep?
- X’inhuma s-sigaretti elettroniċi (sigaretti-e)?
- Is-sigaretti-e jagħmlu inqas ħsara mis-sigaretti konvenzjonali?
- X’jista’ jiġri jekk nipprova nieqaf inpejjep?
- Meta jiena npjjep ninfluwenza lil ħaddieħor biex jibda jpejjep?
- It-tipjip huwa iktar komuni f’ċerti subgruppi tal-popolazzjoni?