Dieta li jkollha ħafna ikel u xorb li fihom ħafna kaloriji jżidulek il-probabbiltà li tiżdied fil-piż. Dan l-ikel ġeneralment ikollu livell għoli ta’ xaħam jew zokkor (jew it-tnejn). Il-ħati ewlieni huwa ikel manifatturat ipproċessat ħafna li spiss jinqela (“fast foods”), bħal bergers jew ċips, kif ukoll ikel moqli tat-tnaqqir bħal krips u ħelu. Barra minn hekk, xorb mimli zokkor, bħal “soft drinks” jew xorb gassuż, jew xorb xaħmi u zokkri bħal “smoothies” u “milkshakes”, huwa marbut maż-żieda fil-piż. Il-ġuleppi tal-frott jista’ jkun fihom ħafna kaloriji wkoll minħabba z-zokkrijiet naturali tagħhom bħax-xorb manifatturat ħelu u, għalhekk, ma għandhomx jiġu kkonsmati f’ammonti kbar. Ix-xorb alkoħoliku għandu kontenut għoli ta’ kaloriji. Ħafna ikliet tal-laħam huma marbutin ma’ żieda fil-piż ukoll. U inqas ma tkun attiv, iktar ikollok probabbiltà li l-ikel u x-xorb mimlijin kaloriji jżidulek il-piż. B’hekk, biex tikseb u żżomm piż tajjeb għas-saħħa, trid tikkonsma l-ikel (u x-xorb) it-tajjeb u jkollok stil ta’ ħajja attiv kemm jista’ jkun.
- X’inhu piż tajjeb għas-saħħa? Għandi piż tajjeb għas-saħħa?
- Xi jfissru “piż eċċessiv” u “obeżità”?
- Għandi riskju ogħla li niżviluppa l-kanċer jekk għandi piż eċċessiv?
- X’inhuma l-iktar tipi komuni ta’ kanċer marbut mal-obeżità jew il-piż eċċessiv?
- X’inhu qies tal-qadd tajjeb għas-saħħa? Kull meta għandi nkejjel qaddi?
- Għaliex għandi nieħu azzjoni biex nevita milli niżdied fil-piż?
- Kif nipprevjeni żieda fil-piż? X’sejjer jgħinni nitlef il-piż?
- Jekk għandi piż żejjed jew jien obeż(a), hemm raġuni għaliex għandi nitlef il-piż?
- X’ikel u xorb l-aktar li jwasslu għal żieda fil-piż?
- Kemm huwa importanti li tkun attiv fiżikament biex iżżomm piż tajjeb għas-saħħa?
- X’nagħmel jekk diġà għandi piż tajjeb għas-saħħa?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nżomm piż tajjeb għas-saħħa?