Jekk diġà tinsab fil-medda ta’ piż tajjeb għas-saħħa, tajjeb ħafna. Jekk għandek inqas minn madwar 55 sena, jaqbillek tieħu passi biex tara li tibqa’ fil-medda tal-piż tajjeb għas-saħħa peress li huwa pjuttost komuni li n-nies jiżdiedu fil-piż mas-snin. Jekk għandek iktar minn 55 sena u tinsab fil-medda tal-piż tajjeb għas-saħħa, aktarx li m’għandekx bżonn tibdel id-drawwiet tiegħek biex tikkontrolla l-piż – iżda jaqbillek tara li ssegwi gwida dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa li tgħinek tnaqqas il-probabbiltà ta’ mard tal-qalb u kanċer.