Il-kejl tal-qadd huwa mod siewi biex wieħed jieħu idea ta’ jekk għandekx riskju ikbar ta’ problemi tas-saħħa minħabba wisq xaħam (ara t-Tabella 1).
Tabella 1: Punti ta’ limitu għaċ-ċirkonferenza tal-qadd
Riskju baxx |
Riskju għoli | |
---|---|---|
Irġiel |
≤ 94 cm |
≥ 102 cm |
Nisa |
≤ 80 cm |
≥ 88 cm |
Ikun xi jkun l-indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI) tiegħek, iktar ma tkun kbira ċ-ċirkonferenza ta’ qaddek, iktar ikun probabbli li sejra tiżviluppa problema tas-saħħa marbuta mal-obeżità. Il-qadd jista’ jitkejjel b’modi differenti, iżda l-mod li jintuża biex jiġi deċiż għandekx ċirkonferenza tal-qadd li ma toħloqx problemi għas-saħħa huwa li tkejjel madwar qaddek fil-punt tan-nofs bejn in-naħa ta’ fuq tal-għadma ta’ qaddek u l-qiegħ tal-iktar kustilja baxxa tiegħek (jiġifieri madwar il-linja ta’ żokortok). Il-Figura 2 tippreżenta xi ideat fuq kif tkejjel iċ-ċirkonferenza ta’ qaddek b’mod preċiż.
Figura 2: Kif tkejjel qaddek.
Sors: © ElenaNaum - iStockphoto.com.
Huwa raġonevoli li tkejjel iċ-ċirkonferenza ta’ qaddek minn żmien għal żmien, pereżempju darba f’xahar. Barra minn hekk, tista’ tgħin li żżomm għajnejk fuq kif joqogħdulek il-ħwejjeġ, peress li huwa mod inqas preċiż iżda li jista’ jagħtik idea ta’ jekk intix qed iżżid il-piż. Huwa rakkomandat li tal-inqas darba fil-ġimgħa tiċċekkja l-piż tiegħek jekk trid titlef il-piż u tieħu ħsieb il-piż (għal kulħadd).