Jekk għandi piż żejjed jew jien obeż(a), hemm raġuni għaliex għandi nitlef il-piż?
Iva. Jekk għandek piż eċċessiv jew int obeż(a), dejjem jaqbillek titlef xi ftit tal-piż. Hemm xi evidenza li t-telf tal-piż huwa assoċjat ma’ riskju inqas tal-kanċer, u hemm ammont kbir ħafna ta’ evidenza li t-telfien tal-piż huwa siewi sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ dijabete, jew anki jgħinek tfiq minnha, kif ukoll bosta fatturi ta’ riskju għall-mard tal-qalb u l-attakki, bħal kolesterol fid-demm u l-pressjoni tad-demm. Madankollu, l-aħbar it-tajba hija li ma jimpurtax kemm għandek piż eċċessiv, tista’ tibda tara ftit minn dawn il-benefiċċji tas-saħħa anki jekk titlef biss ftit kilogrammi. Għad li għandek timmira li tidħol fil-medda tal-piż tajjeb għas-saħħa (BMI 18.5–25 kg/m2) għall-ikbar benefiċċju għas-saħħa, kwalunkwe telf tal-piż sejjer jagħtik ċertu benefiċċju – u b’hekk dan huwa ferm fattibbli.