Ġie stmat li r-riskju tal-kanċer huwa madwar 6% inqas f’nies li jkollhom piż tajjeb għas-saħħa (indiċi tal-massa tal-ġisem [BMI] ta’ bejn 18.5 u 25 kg/m2) meta mqabblin ma’ dawk li huma obeżi (BMI ta’ iktar minn 30 kg/m2). Il-fatturi tal-istil tal-ħajja, bħal dieta tajba għas-saħħa, piż normali tal-ġisem u attività fiżika, għandhom tendenza li jkunu preżenti flimkien fl-istess persuna, u diffiċli tissepara l-effetti indipendenti tagħhom. L-ikbar benefiċċju għas-saħħa jinkiseb bi stil tal-ħajja tajjeb għas-saħħa (iktar tagħrif dwar Dieta, Attività fiżika u Alkoħol).
- X’inhu piż tajjeb għas-saħħa? Għandi piż tajjeb għas-saħħa?
- Xi jfissru “piż eċċessiv” u “obeżità”?
- Għandi riskju ogħla li niżviluppa l-kanċer jekk għandi piż eċċessiv?
- X’inhuma l-iktar tipi komuni ta’ kanċer marbut mal-obeżità jew il-piż eċċessiv?
- X’inhu qies tal-qadd tajjeb għas-saħħa? Kull meta għandi nkejjel qaddi?
- Għaliex għandi nieħu azzjoni biex nevita milli niżdied fil-piż?
- Kif nipprevjeni żieda fil-piż? X’sejjer jgħinni nitlef il-piż?
- Jekk għandi piż żejjed jew jien obeż(a), hemm raġuni għaliex għandi nitlef il-piż?
- X’ikel u xorb l-aktar li jwasslu għal żieda fil-piż?
- Kemm huwa importanti li tkun attiv fiżikament biex iżżomm piż tajjeb għas-saħħa?
- X’nagħmel jekk diġà għandi piż tajjeb għas-saħħa?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nżomm piż tajjeb għas-saħħa?