Iva. Il-ħaddiema li jaħdmu fuq barra ġeneralment ikunu ferm esposti għax-xemx, is-sena kollha, pereżempju bennejja jew ġardinara. Għalhekk, il-ħaddiema li jaħdmu fuq barra għandhom jipproteġu lilhom infushom billi japplikaw kremi adattati kontra x-xemx, u billi jiġi pprovdut id-dell, jekk possibbli.

Minħabba l-esponiment għax-xemx, il-ħaddiema li jaħdmu fuq barra huma f’riskju ogħla li jiżviluppaw kanċer tal-ġilda mhux melanoma. Ċerti tipi ta’ kanċer tal-ġilda jistgħu jitqiesu bħala marda okkupazzjonali.