L-Indiċi tal-UV Solari Globali, jew l-Indiċi UV, jagħti l-ammont/intensità mkejlin jew imbassrin tar-radjazzjoni ultravjola (UV) mix-xemx f’post partikolari f’ġurnata partikolari. F’ħafna pajjiżi, jiġu rrapportati fit-tbassir tat-temp ta’ kuljum, speċjalment fis-sajf, sabiex il-pubbliku ġenerali jkun jaf kemm hija intensa x-xemx u x’inhuma l-livelli ta’ protezzjoni mix-xemx meħtieġa. Ħafna tbassiriet tat-temp fuq l-Internet jinkludu informazzjoni dwar l-Indiċi UV.

Fil-Figura 2, il-livelli tal-Indiċi UV huma spjegati u jingħataw is-suġġerimenti korrispondenti għall-miżuri ta’ protezzjoni meħtieġa.

Figura 2. Indiċi UV.

global-solar-uv-indexuv-index

Sors: Riproduzzjoni bil-permess tal-pubblikatur, minn Global Solar UV Index: A Practical Guide. Rakkomandazzjoni konġunta tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, u l-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti. Ġinevra, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2002 (Qoxra u l-Fig. 2, Paġna 8; www.who.int/uv/publications/en/GlobalUVI.pdf, aċċessati fl-10 ta’ Marzu 2014).