Iva. Nies b’ġilda iktar ċara jinħarqu iktar malajr fix-xemx minn dawk b’ġilda iktar skura. Iktar ma tkun sensittiva għax-xemx il-ġilda tiegħek, iktar huwa importanti li tipproteġi l-ġilda tiegħek mill-effetti dannużi tax-xemx. Normalment, issir distinzjoni bejn sitt tipi ta’ ġilda differenti. It-tip ta’ ġilda huwa karatterizzazzjoni ta’ kemm hi sensittiva l-ġilda tiegħek għar-radjazzjoni ultravjola (UV).

Ċerti karatteristiċi li jistgħu jiggwidawk fid-definizzjoni tat-tip ta’ ġilda tiegħek huma spjegati hawn taħt, u jibdew mill-iktar sensittivi għall-inqas:

  1. Il-ġilda tinħaraq malajr ħafna, u qatt, jew kważi qatt, ma tismar.
  2. Il-ġilda tinħaraq malajr, u tismar bil-mod.
  3. Il-ġilda ma tinħaraqx malajr, u tismar.
  4. Il-ġilda kważi qatt ma tinħaraq, u tismar malajr ħafna (tip ta’ ġilda Mediterranja).
  5. Il-ġilda qatt ma tinħaraq, ġilda samra naturali (tip ta’ ġilda mill-Asja).
  6. Il-ġilda qatt ma tinħaraq, ġilda skura naturali (tipi ta’ ġilda sewda).

Figura 3: Karta tat-tipi ta’ ġilda.

Kulur il-ġilda naturali

Sensittività għall-UV

Riskju tal-kanċer tal-ġilda

Tip I
skin type1

Bjonda ħafna, abjad karti, xagħar ċar jew aħmar, spiss bin-nemex

++++

Il-ġilda tinħaraq malajr ħafna, u qatt, jew kważi qatt, ma tismar.

L-ikbar riskju tal-kanċer tal-ġilda

Tip IIskin type 2

Bjonda,
ġilda bajda, xagħar ċar, u għajnejn koħol jew kannella. Uħud jista’ jkollhom xagħar skur

+++

Il-ġilda tinħaraq malajr, u tismar bil-mod.

Riskju għoli tal-kanċer tal-ġilda

Tip IIIskin type 3

Ġilda tagħti fil-kannella, b’xagħar skur u għajnejn kannella jew ħodor

++

Il-ġilda ma tinħaraqx malajr, u tismar

Riskju għoli tal-kanċer tal-ġilda

Tip IVskin type 4

Kannella moderata, għajnejn kannella u xagħar skur

+

Il-ġilda kważi qatt ma tinħaraq, u tismar malajr ħafna (tip ta’ ġilda Mediterranja)

F’riskju tal-kanċer tal-ġilda

Tip Vskin type 5

Kannella skur, għajnejn kannella u xagħar skur

+/_

Il-ġilda qatt ma tinħaraq, ġilda samra naturali (tip ta’ ġilda mill-Asja).

Il-kanċers tal-ġilda huma relattivament rari, iżda dawk li jseħħu spiss jinqabdu fi stadju tard, iktar perikoluż

Tip VIskin type 6

Kannella skur sa iswed b’pigment fond, għajnejn kannella skuri u xagħar iswed

_

Il-ġilda qatt ma’ tinħaraq, ġilda skura naturali (Tipi ta’ ġilda sewda)

Il-kanċers tal-ġilda huma relattivament rari, iżda dawk li jseħħu spiss jinqabdu fi stadju iktar tard, iktar perikoluż

Sors: IARC

Fatturi importanti oħrajn marbutin ma’ riskju ikbar li jiġi żviluppat kanċer tal-ġilda huma:

  • In-numru ta’ felul (naevi) fuq il-ġilda tiegħek (numri kbar iżidu r-riskju ta’ melanoma) kif ukoll felul b’forma mhux tipika.
  • Storja ta’ kanċer tal-ġilda fil-ġenituri tiegħek kif ukoll fik.
  • Ġilda li diġà ġarrbet ħsara minħabba esponiment eċċessiv għall-UV (ġilda li għandha “age spots”, tilfet l-elastiċità tagħha, hi mkemmxa ħafna).
  • Immunosuppressjoni (artifiċjali), jiġifieri l-użu ta’ mediċina li tbaxxi l-funzjoni immuni wara trapjant tal-organi.

Il-kulur ta’ xagħrek u l-kulur ta’ għajnejk huma relatati mat-tip ta’ ġilda tiegħek. Pereżempju, nies b’xagħarhom aħmar u għajnejhom koħol ġeneralment ikunu iktar sensittivi għar-radjazzjoni tal-UV minn nies b’xagħarhom iswed u għajnejn kannella.