Meta tismar tkun qed tikkaġuna reazzjoni protettiva tal-ġilda għall-ħsara kkaġunata mir-radjazzjoni ultravjola (UV) mix-xemx jew sorsi artifiċjali intensi tal-UV (bħal “sunbeds”). Għalhekk, ġilda samra hija sinjal ta’ ħsara mix-xemx, u ma qatt ma jista’ jkun hemm sitwazzjoni li fiha “tismar b’mod li jagħmel tajjeb għas-saħħa”. Jekk l-esponiment għax-xemx ikun intens u għal tul ta’ żmien, tinħaraq bix-xemx.
L-esponiment għax-xemx jikkaġuna felul u nemex ukoll u, fit-tul, ixejjaħ il-ġilda. Jekk il-ġilda tixjieħ minħabba l-esponiment għall-UV, tiħxien u titlef l-elastiċità tagħha iktar malajr; tista’ tiżviluppa “age spots”, u bidliet fil-kulur tal-ġilda (tiġi skulurita), tikmix, kapillari tad-demm imwessgħin jew dilatati fil-ġilda, u kanċer tal-ġilda.