Li wieħed jevita li jkun espost iż-żejjed għax-xemx huwa importanti għal kull età.
Madankollu, iktar ma tkun għadek żgħir meta tkun espost(a), iktar il-ħsara sejjer ikollha żmien biex tinġema’. Barra minn hekk, iċ-ċelloli staminali fis-saff ta’ fuq tal-ġilda tat-tfal (li huma dawk iċ-ċelloli li jistgħu jkunu responsabbli għall-kanċer tal-ġilda) huma eqreb għall-wiċċ tal-ġilda meta mqabblin ma’ dawk fl-adulti, u għalhekk it-tfal huma iktar sensittivi għall-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola (UV). Barra minn hekk, matul it-tfulija u l-adoloxxenza, it-tessuti tal-ġisem ikunu għadhom qed jikbru u jiżviluppaw b’rata mgħaġġla. Minħabba dan it-tkabbir rapidu, iċ-ċelloli fiż-żgħar ikunu saħansitra iktar vulnerabbli għall-ħsara mix-xemx. L-adulti (ġenituri, membri tal-familja, għalliema, eċċ.) għandhom jgħinu lit-tfal sabiex jevitaw xemx żejda.
Għal tfal iżgħar minn sena, huwa rakkomandat li jevitaw kull esponiment dirett għad-dawl tax-xemx, pereżempju billi jiġi pprovdut kenn delli meta jkunu barra.