Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment

Siti (jew tipi) ta’ tumur li dwarhom hemm biżżejjed evidenza ta’ karċinoġeniċità fil-bniedem

Id-diossini u l-komposti bħad-diossini huma sustanzi magħrufin bħala sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs) peress li huma komposti organiċi reżistenti għad-degradazzjoni ambjentali.
Id-diossini, eż. id-diossina (2,3,7,8-TCDD), u l-komposti bħad-diossini, eż. bifenils piloklorinati (PCBs), huma prodotti sekondarji mhux intenzjonati ta’ bosta proċessi industrijali.

L-esponiment tal-bniedem għal diossini u komposti bħad-diossini jseħħ bħala riżultat tal-konsum ta’ laħam, ħalib, bajd, ħut u prodotti relatati għaliex id-diossini u l-komposti bħad-diossini huma persistenti fl-ambjent u jakkumulaw fix-xaħam tal-annimali.
Il-manifattura u l-użu ta’ ċerti erbiċidi kienu sorsi importanti tal-ħlus tad-diossini fl-ambjent fl-imgħoddi. Il-manifattura ristretta ta’ ħafna minn dawn il-komposti naqqset b’mod sostanzjali l-kontribut tagħhom għat-tniġġis ambjentali, iżda għadhom jinħelsu fl-ambjent permezz ta’ proċessi ta’ inċinerazzjoni/kombustjoni (eż. ta’ ċerti materjali ta’ skart).
Il-prodotti tal-PCB intużaw spiss f’kapasiters u trasformaturi u f’ċerti materjali tal-bini fl-imgħoddi; l-esponiment illum il-ġurnata ġej mit-tiġrif, id-disfunzjoni, jew ir-riċiklaġġ mhux ikkontrollat ta’ strutturi u tagħmir kontaminati bil-PCB.

Il-kanċers kollha kombinati (għad-diossina (2,3,7,8-TCDD))