Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment

Siti (jew tipi) ta’ tumur li dwarhom hemm biżżejjed evidenza ta’ karċinoġeniċità fil-bniedem

L-egżost minn magni diżil huwa taħlita kumplessa kemm ta’ komponenti gassużi kif ukoll partikulati, li fihom sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer inklużi idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), benżen, 1,3-butadjen, formaldeid, etilen ossidu, u metalli.
Il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-emissjonijiet minn magna jiddependu l-iktar mit-tip u l-kundizzjoni tal-magna, il-kompożizzjoni tal-fjuwil u l-addittivi, il-kundizzjonijiet operatorji, u l-apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet.

Is-sors primarju ta’ esponiment huwa l-egżosts mill-magni minħabba l-użu ta’ magni diżil f’karozzi, trakkijiet, lokomotivi u makkinarju motorizzat ieħor.

  • Pulmun