Deskrizzjoni

Iċ-ċirkustanzi tal-esponiment

Siti (jew tipi) ta’ tumur li dwarhom hemm biżżejjed evidenza ta’ karċinoġeniċità fil-bniedem

Grupp ta’ minerali fibrużi li jinstabu fin-natura b’użu kummerċjali attwali jew storiku minħabba l-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tagħhom. L-asbestos jintuża għall-iżolament fil-bini u bħala komponent f’għadd ta’ prodotti, bħal shingles għall-bjut, linji tal-provvista tal-ilma, kutri għal kontra n-nar, u mili tal-plastik, kif ukoll klaċċijiet u linings tal-brejkijiet, gaskits u peddijiet għall-vetturi.
Il-forom ewlenin ta’ asbestos huma krisotil (asbestos abjad) u kroċidolit (asbestos ikħal). Forom oħrajn huma l-amosit, antofilit, tremolit u aktinolit.

L-esponiment għall-asbestos iseħħ bit-teħid man-nifs ta’ fibri:

  • l-iktar spiss minn arja kontaminata fl-ambjent tax-xogħol (nies li jgħixu ma’ min jaħdem fl-asbestos jistgħu jkunu esposti għall-asbestos permezz tat-trab minn ġol-ħwejjeġ);
  • iżda anki mill-arja tal-ambjent fil-qrubija ta’ industriji li jipproċessaw l-asbestos;
  • jew l-arja ta’ ġewwa fi djar u binjiet li fihom materjali tal-asbestos li jitfarrku (installazzjoni, tneħħija, jew tiswija ta’ prodotti li fihom l-asbestos fil-manutenzjoni tad-djar tirrappreżenta mod ta’ esponiment).
  • Pulmun
  • Mesoteljoma (kanċer taċ-ċelloli tal-mesotelju, ir-rita protettiva li tiksi s-sider, l-addome, u l-ispazju madwar qalbek)
  • Larinġi
  • Ovarji