Le. Il-frazzjoni żgħira ta’ kanċers fil-popolazzjoni medja Ewropea li tista’ tkun dovuta għal esponiment mir-radjazzjoni, forsi 1 – 2%, hija attribwibbli għall-ikbar sorsi ta’ esponiment tal-popolazzjoni għar-radjazzjoni, jiġifieri eżamijiet mediċi għad-dijanjożi u sorsi ta’ radjazzjoni ta’ sfond naturali, primarjament ir-radon.
Ċerti sorsi ta’ radjazzjoni magħmulin mill-bniedem bħall-produzzjoni tal-enerġija nukleari, jew it-trasport jew ir-rimi ta’ skart nukleari, jew inċidenti li jinvolvu materjal radjuattiv huma perċepiti bħala theddida u jiġbdu l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir. Fil-maġġor parti assoluta tas-sitwazzjonijiet, it-taħlita ta’ kontroll regolatorju tajjeb fuq ir-radjazzjoni u l-materjal radjuattiv, deċiżjoni klinika tajba fil-kuntest mediku u attenzjoni tajba għar-radon f’ambjenti fuq ġewwa, tista’ żżomm l-esponimenti għar-radjazzjoni u r-riskju tal-kanċer assoċjat f’livelli baxxi ħafna. L-użi industrijali tar-radjazzjoni u r-radjuattività huma rregolati minn regolamenti stretti. F’kundizzjonijiet operatorji normali, l-esponimenti medji tal-pubbliku għar-radjazzjoni minn dawn is-sorsi huma żgħar ħafna. Is-siti nukleari li fihom materjal radjuattiv huma meħtieġa jkollhom arranġamenti tas-sikurezza u pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza inklużi arranġamenti biex jinformaw u jipproteġu lin-nies li jgħixu fl-inħawi.
Figura 4: Sorsi ta’ radjazzjoni
Sors: Adattata bil-permess mingħand ec.europa.eu/research/energy/euratom/index_en.cfm?pg=fission§ion=protection, aċċessata fl-10 ta’ Marzu 2014.